F'konformità mal-istrateġija tal-ambjent sostennibli u l-immaniġġjar tal-iskart f’Malta, WasteServ tfittex li tipprovdi servizz nazzjonali permezz tal-proċessi tagħha ta' rkupru ta’ skart u trattament fl-Impjant tat-Trattament tal-Iskart fit-Tramuntana ta’ Malta (li jinsab fil-Kumpless ECOHIVE. Il-faċilità tipproċessa u tittratta l-iskart. Il-prodotti li joħroġu mill-proċess jiġu diretti għar-riċiklaġġ jew rimi f'faċilitajiet awtorizzati, filwaqt li l-bijogass jintuża biex jiġġenera enerġija rinnovabbli. L-g
ħanijiet ewlenin ta’ WasteServ huma li tfittex li tikseb u ttejjeb is-sodisfazzjoni tal-klijent, tħares l-ambjent, u tipprovdi servizz tal-immaniġjar tal-iskart affidabbli li jħares l-ambjent, lil dawk l-entitajiet li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart. Permezz tal-operat fil-faċilità u tal-fergħat varji li joffru appoġġ, WasteServ ser tirsisti biex:
Tikkonforma mal-permess tal-IPPC IP 0003/19 kif ukoll mar-rekwiżiti legali applikabbli u rekwiżiti oħrajn;
Tuża l-faċilità b’mod effiċjenti u effettiv;
Timmonitorja il-konsum tal-enerġija bil-għan li jitnaqqas l-użu tal-enerġija;
Tnaqqas il-frazzjonijiet organiċi li qed jintrema fil-landfill;
Tmantni miżuri ta’ preparazzjoni għal każijiet ta’ emerġenza sabiex tnaqqas u tikkontrolla r riskju ta’ nirien u t-tixrid ta’ żjut;
Tikseb feedback pożittiv minn dawk l-entitajiet li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l iskart;
Tnaqqas ilmenti minn partijiet interessati;
Tiżviluppa ħiliet tal-impjegati;Timplimenta miżuri ta’ ġerarkija ta’ kontroll sabiex telimina l-perikli u tnaqqas ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà;Tippromwovi l-aħjar prattiċi tax-xogħol f’kull livell, inklużi viżitaturi u kuntratturi.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull erba' xhur u l-progress tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment.
Biex nimplimentaw din il-politika aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' ISO 9001: 2015 u ISO 14001:2015.
Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenzja tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika għandha tkun ikkomunikata lil, u mifhuma mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Aħna ser inkunu qed nikkomunikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fil-faċilità.
Din il-politika tiġi rriveduta fuq bażi annwali sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijent u preservazjoni tal-ambjent tinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.
Jekk jogħġbok agħfas hawn għar-regoli tas-sit