Contact Us

Maltese   English

X’inhu Reuse Centre? 

F’dawn iċ-Ċentri wieħed jista’ jsib oġġetti użati li għadhom f’kundizzjoni tajba u jistgħu jerġgħu jintużaw.  Hawnhekk tista’ ssib oġġetti ta’ valur bi prezz tassew tajjeb!  

Tista’ wkoll tħalli oġġetti li għadhom f’kundizzjoni tajba u li m’għadhomx ta’ użu għalik ġo kontenituri apposta li jinsabu f’kull Ċentru għall-Iskart Goff. 

Meta tagħti jew takkwista oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw tkun qed::           

  • Twaqqaf milli dawn jintremew fil-miżbliet 
  • Tgħin biex tiġi ffrankata l-enerġija meħtieġa biex dawn jiġu riċiklati 
  • Tnaqqas l-użu ta’ riżorsi naturali u enerġija sabiex jiġu magħmula prodotti ġodda 
  • Tagħti l-kontribut tiegħek għal ekonomija ċirkulari  


Id-donazzjonijiet minn dawn iċ-Ċentri se jiġu investiti fi proġetti u inizjattivi favur l-ambjent. 

X’nista’ nakkwista jew nagħti?   

Ir-Reuse Centres tagħna fihom għadd ta’ oġġetti li għad għandhom valur u jistgħu jerġgħu jintużaw fosthom biċċiet tal-għamara, ġugarelli, strumenti mużikali, ċeramika, tessuti, gaġġeġ tal-annimali domestiċi u mirja.    

Fejn jinsabu r-Reuse Centres? 

Ir-Reuse Centres qegħdin fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff ta’ Ħal Luqa, Ħal Far, l-Imrieħel u Tal-Kus ġewwa x-Xewkija (Għawdex).    

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, id-dħul għar-Reuse Centres huwa separat minn dak għaċ-Ċentri għall-Iskart Goff.  Id-dħul, bil-mixi, huwa wkoll aċċessibbli għal pushchairs kif ukoll għall-persuni b’diffikultà fil-mobbiltà li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.

X’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ?

Ir-Reuse Centres jiftħu mit-Tnejn sal-Ħadd, inkluż Festi Pubbliċi (barra l-Milied u l-Ewwel tas-Sena) bejn is-7.30a.m. u l-5.30p.m. 

X’metodi ta’ ħlas jiġu aċċettati?

Flus kontanti jew ħlas bil-kard huma aċċettati.

Punti oħra li għandek tinnota

  • L-oġġetti li jinsabu fir-Reuse Centres biss huma għall-bejgħ.  Nitolbukom ma tieħdux oġġetti minn ġo xi skip jew kontejner fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff. 
  • Xi oġġetti jkollhom bżonn xi tiswijiet, għaldaqstant inħeġġukom tiċċekkjaw l-oġġett qabel ma takkwistawh. 
  • L-akkwisti kollha huma finali.  Mhux possibili tirritorna jew tibdel xi oġġett li tkun akkwistajt. 
  • Ma tistax tirriserva jew tibbukkja oġġetti. 
  • M’aħniex responsabbli għal kwalunkwe aċċidenti diretti, indiretti, inċidentali jew konsegwenzjonali li jistgħu jinħolqu mill-użu ta’ oġġetti akkwistati minn xi Reuse Centre. 

Last updated on 12/07/2023


ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

80072200