Contact Us
F’dawn iċ-Ċentri wieħed jista’ jsib oġġetti użati li għadhom f’kundizzjoni tajba u jistgħu jerġgħu jintużaw. Hawnhekk tista’ ssib oġġetti ta’ valur bi prezz tassew tajjeb! Tista’ wkoll tħalli oġġetti li għadhom f’kundizzjoni tajba u li m’għadhomx ta’ użu għalik ġo kontenituri apposta li jinsabu f’kull Ċentru għall-Iskart Goff.
Meta tagħti jew takkwista oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw tkun qed::
Id-donazzjonijiet minn dawn iċ-Ċentri se jiġu investiti fi proġetti u inizjattivi favur l-ambjent.
Ir-Reuse Centres tagħna fihom għadd ta’ oġġetti li għad għandhom valur u jistgħu jerġgħu jintużaw fosthom biċċiet tal-għamara, ġugarelli, strumenti mużikali, ċeramika, tessuti, gaġġeġ tal-annimali domestiċi u mirja.
Ir-Reuse Centres qegħdin fiċ-Ċentri għall-Iskart Goff ta’ Ħal Luqa, Ħal Far, l-Imrieħel u Tal-Kus ġewwa x-Xewkija (Għawdex).
Għal raġunijiet ta’ sigurtà, id-dħul għar-Reuse Centres huwa separat minn dak għaċ-Ċentri għall-Iskart Goff. Id-dħul, bil-mixi, huwa wkoll aċċessibbli għal pushchairs kif ukoll għall-persuni b’diffikultà fil-mobbiltà li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
Ir-Reuse Centres jiftħu mit-Tnejn sal-Ħadd, inkluż Festi Pubbliċi (barra l-Milied u l-Ewwel tas-Sena) bejn is-7.30a.m. u l-5.30p.m.
Flus kontanti jew ħlas bil-kard huma aċċettati.
Last updated on 12/07/2023
Copyright © 2021 WasteServ Malta Ltd.. All rights reserved. Privacy Policy | Cookie Policy