Il-Faċilità tal-Enerġija mill-Iskart hija maħsuba biex tipproċessa l-iskart li ma jistax jiġi rriċiklat faċilment.
Ibbażata fuq it-teknoloġija tal-moving grate, din il-faċilità ser tittratta 40% tal-iskart mhux riċiklabbli ġġenerat minn Malta waqt li tevita li jintrema fil-miżbla.
Enerġija fil-forma t’elettriku u sħana ser tkun iġġenerata b’dan il-proċess ukoll. Infatti, ser jinħoloq biżżejjed elettriku għal Għawdex u l-Mellieħa. Dan minbarra l-produzzjoni elettrika li mistennija li tinħoloq mill-impjant ta’ pproċessar tal-iskart organiku li ser jipproduċi ukoll kompost għal użu agrikolu.
B’kapaċità ta’ 192,000 tunnellata fis-sena, dan l-investiment ta’ €185 miljun huwa mistenni li jiġi kkumissjonat f’Diċembru 2023.