L-għanijiet ewlenin ta’ WasteServ huma li, tfittex li tikseb u ttejjeb is-sodisfazzjoni tal-klijent, tipproteġi l-ambjent, u tipprovdi servizz tal-immaniġjar tal-iskart affidabbli li jħares l-ambjent, tippreveni korrimenti relatati max-xogħol u mard filwaqt li tipprovdi servizzi affidabbli ta’ immaniġjar tal-iskart lil dawk li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart.
Permezz tal-operat fil-faċilità u tal-fergħat varji li joffru appoġġ, WasteServ ser tirsisti biex:
- Tikkonforma mal-permess tal-IPPC IP 0011/24 kif ukoll mar-rekwiżiti legali applikabbli tal-EHS u rekwiżiti oħrajn;
·
- Tuża l-faċilità b’mod effiċjenti u effettiv;
- Timmonitorja il-konsum tal-enerġija bil-għan li jitnaqqas l-użu tal-enerġija;
- Tnaqqas il-frazzjonijiet organiċi li qed jintrema fil-landfill;
- Tmantni miżuri ta’ preparazzjoni għal każijiet ta’ emerġenza sabiex tnaqqas u tikkontrolla r riskju ta’ nirien u t-tixrid ta’ żjut;
- Tikseb feedback pożittiv minn dawk l-entitajiet li jġorru l-iskart, li jipproduċu l-iskart, u li jixtru l-iskart;
- Tnaqqas ilmenti minn partijiet interessati;
- Tiżviluppa l-ħiliet tal-impjegati u tiżgura li l-impjegati u l-kuntratturi jirċievu taħriġ xieraq biex jappoġġjaw operat sigur u konformi;
- Timplimenta miżuri ta’ ġerarkija ta’ kontroll sabiex telimina l-perikli u tnaqqas ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà;
- Tippromwovi l-aħjar prattiċi tax-xogħol f’kull livell, inklużi viżitaturi u kuntratturi, kif ukoll tiżgura li l-kuntratturi kollha li jaħdmu fuq is-sit jikkonformaw mar-rekwiżiti QEHS ta’ WasteServ u mar-regoli tas-sit;
- Tiżgura li l-impjegati u/jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jipparteċipaw u jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà.
Dawn l-għanijiet huma reveduti kull erba’ xhur u l-progress tagħhom huwa diskuss fil-laqgħat mal-Maniġment meta huwa applikabbli. Biex nimplimentaw din il-politika aħna adottajna sistema ta’ immaniġjar ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' ISO 9001: 2015, ISO 14001:2015 u ISO 45001:2018. Aħna impenjati li ntejbu kontinwament is-sistema tal-immaniġjar tagħna u l-effiċjenzja tagħha b’mod kostanti u ripetut. Din il-politika ghandha tkun ikkomunikata lil, u mifhuma mill-impjegati kollha fl-organizzazzjoni. Aħna ser inkunu qed nikkomunikaw din il-politika mal-pubbliku, mal-viżitaturi u mal-kuntratturi fil-faċilità.
Din il-politika tiġi rriveduta fuq bażi annwali sabiex jiġi żgurat li l-enfasi fuq il-ħtiġijiet tal-klijent u preservazjoni tal-ambjent, u l-prevenzzjoni ta’ korrimenti u mard relatati max-xogħol jinżamm, u biex il-miżuri tal-wegħda tagħna lill-klijenti jinkisbu.