Contact Us

Maltese   English

WasteServ Tippubblika Prior-Information Notice tal-Waste-to-Energy

WasteServ ippubblikat Prior-Information Notice (PIN) li jindika lill-offerenti prospettivi li se tkun qed tniedi proċedura kompetittiva bin-negozjar għal Impjant tal-Waste-to-Energy fil-ġimgħat li ġejjin.  Il-PIN, minbarra li se jkun viżibbli fuq il-websajt tal-Kumpanija u tad-Dipartiment tal-Kuntratti se jkun qed jiġi ippubblikat ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-jiem li ġejjin. 

Minbarra li tiżgura t-trasparenza, din il-pubblikazzjoni tippermetti lill-offerenti prospettivi jibdew iħejju d-dettalji tal-offerta u tal-joint venture tagħhom minn qabel.   

L-offerent rebbieħ se jingħata kuntratt għad-disinn, il-bini, u l-operat tal-faċilità tal-Waste to Energy (WtE) li hi maħsuba biex Malta ma tibqax isserraħ fuq il-miżbliet imma permezz ta’ din il-faċilità tikkontribwixxi biex tilħaq il-miri Ewropej fejn jidħol riċiklaġġ u tnaqqis ta' rimi fil-landfills. L-offerent rebbieħ se jingħata kuntratt li jinkludi l-kostruzzjoni għal madwar tlett snin, kif ukoll l-operat u l-manutenzjoni għal madwar għoxrin sena.   

Il-preparamenti tal-proġett Waste-to-Energy diġà jinsabu fi stadju avvanzat ħafna. L-istudji tal-EIA tlestew u ġew approvati u ġiet approvata wkoll applikazzjoni għall-iżvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar. L-art diġà ġiet imnaddfa u l-iskavar meħtieġ huwa antiċipat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jitlesta sa meta jingħata l-kuntratt lill-offerent rebbieħ. 


ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

80072200