Contact Us

 

Il-Proċess għax-Xiri tal-Impjant Waste to Energy mixi tajjeb hekk kif ma ġewx preżentati appelli

FCCMA-Hitachi JV Malta, Urbaser-Terna u Consortium Suez - Tecnimont - Termomeccanica kkonfermati bħala t-tliet offerenti magħżula.   

Il-proċess għax-xiri tal-akbar kuntratt li qatt ġie mmaniġġjat minn WasteServ Malta, li jista’ jersaq lejn l-€400 miljun, miexi ġmielu. Dan huwa frott tal-mod eċċellenti li l-Kwestjonarju ta’ Qabel il-Kwalifika ġie esegwit bih, liema riżultat intlaħaq permezz ta’ trasparenza assoluta u għadd ta’ sigħat ta’ xogħol metikoluż immexxi mit-tim tal-WasteServ u mid-Dipartiment tal-Kuntratti.   

WasteServ fil-jiem li ġejjin se tibda l-Istedina għad-Djalogu (ITPD) li se twassal għad-distribuzzjoni tal-Aħjar u l-Aħħar Dokument ta’ Offerta li fuqu t-tliet offerenti se jagħmlu l-offerti finali tagħhom.   

L-impjant Waste to Energy se jipprovdi servizz ambjentali essenzjali billi jikkonverti skart destinat għal miżbla f'enerġija ħadra. Għalhekk, dan l-impjant se jikkonverti skart li ma jistax jiġi riċiklat f’riżorsi prezzjużi u jżid total impressjonanti ta’ 4.5% t’ enerġija ħadra mat-total preżenti t’ enerġija ta’ Malta.   Il-kredenzjali tal-immaniġġjar tal-iskart tal-impjant huma b'saħħithom waħidhom, madankollu jeħtieġ li jitqiesu bħala parti minn strateġija olistika li qed tiġi implimentata fil-kumpless ECOHIVE. Il-Impjant ġdid ta ’riċiklaġġ u l-Impjant tal-Ipproċessar ta’ Skart Organiku bħalissa jinsabu fl-istadju tad-disinn u bħalissa fis-suq hemm ukoll sejħiet għall-iskavar ta’ miżbla ġdida kkontrollata u għall-istudji għal faċilità ġdida ta’ Inċineratur. Barra minn hekk, is-suq qed jiġi ukoll kkonsultat fuq sistema ta’ trasport green u fissa għall-iskart fil-kumpless u din is-sejħa għandha miftuħa sal-bidu ta’ Jannar 2021. 


WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

80072200