Contact Us

Maltese   English

Il-Proġett ECOHIVE appoġġjat anke fuq livell Ewropew

Il-Kummisjoni Ewropea kkonfermat li l-faċilitajiet tal-waste-to-energy għandhom irwol importanti fl-ekonomija ċirkolari. 

Fi tweġiba għal mistoqsija mill-Parlament Ewropew dwar jekk il-faċilitajiet tal-waste-to-energy humiex konformi mal-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni Ewropea qalet li dawn it-teknoloġiji huma parti mis-soluzzjoni sabiex ‘nevitaw li l-iskart li ma jistgħax jiġi riċiklat imur fil-landfill’. Fil-fatt ammont sinifikanti ta’ ‘skart muniċipali jista' jiġi rkuprat f’enerġija’. 

Il-WasteServ bħalissa qed timplimenta l-ikbar investiment li qatt sar fl-istorja ta’ Malta fl-immaniġġjar tal-iskart li ħa jkun qed jittrasforma l-ekonomija f’waħda ċirkolari. L-impjant tal-Waste-to-Energy jagħmel parti minn strateġija komprensiva li ħa tkun qed ittejjeb il-ġestjoni tal-iskart f’Malta li permezz tagħha ħa tkun qed tieħu l-potenzjal massimu tal-iskart. 

Minbarra l-impjant tal-waste-to-energy ħa jkunu qed jiġu wkoll żviluppati impjanti oħra bħal l-impjant li jipproċessa l-iskart organiku f’kompost agrikolu u f’enerġija, u impjant ieħor li ħa jkun qed jipproċessa materjali riċiklabbli bħal plastik, karta, u metall. Dan jorbot max-xogħol kollu li qed iwettaq il-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar li bħalissa qiegħed ukoll jiffinalizza ir-riforma ambizzjuża tal-Politika dwar il-Ġestjoni tal-Iskart. Dawn l-erbgħa faċilitajiet qed jiġu żviluppati bħala parti mil-viżjoni ta’ ekonomija ċirkolari u se jkunu qed jindirizzaw diversi bżonnijiet ambjentali relatati mal-immaniġġjar ta’ l-iskart waqt li fl-istess ħin jipproduċu riżorsi essenzjali li kieku kienu jmorru għar-rimi. 

Dawn il-proġetti flimkien mal-ħidma kontinwa tal-WasteServ bħall-esportazzjoni reċenti ta' 6,550 tunnellata ħġieġ u il-linja li nfetħet ricentament biex jiġu pproċessati l-materjali riċiklabbli ħa jkomplu jżidu b'mod sinifikanti r-rata ta’ riċiklaġġ f’Malta.      


WasteServ Malta Ltd
ECOHIVE Complex, Tul il-Kosta, Naxxar NXR9030

80072200